18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche – l-Italja) – Comune di Corridonia (C-196/16), Comune di Loro Piceno (C-197/16) et vs Provincia di Macerata, Provincia di Macerata Settore 10 – Ambiente

(Kawżi magħquda C-196/16 u C-197/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 85/337/KEE - Direttiva 2011/92/UE - Possibbiltà li ssir, a posteriori, l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ta’ impjant ta’ produzzjoni ta’ enerġija mill-bijogass f’servizz għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni ġdida))

(2017/C 309/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Comune di Corridonia (C-196/16), Comune di Loro Piceno (C-197/16), Marcello Bartolini (C-197/16), Filippo Bruè (C-197/16), Sergio Forti (C-197/16), Stefano Piatti (C-197/16), Gaetano Silvetti (C-197/16), Gianfranco Silvetti (C-197/16), Rocco Tirabasso (C-197/16), Sante Vagni (C-197/16), Albergo Ristorante Le Grazie Sas di Forti Sergio & Co. (C-197/16), Suolificio Elefante Srl (C-197/16), Suolificio Roxy Srl (C-197/16), Aldo Alessandrini (C-197/16)

Konvenuti: Provincia di Macerata, Provincia di Macerata Settore 10 – Ambiente

fil-preżenza ta’: VBIO1 Società Agricola Srl (C-196/16), Regione Marche, Agenzia Regionale per la Protezione Ambientale delle Marche – (ARPAM) – Dipartimento Provinciale di Macerata, ARPAM, VBIO2 Società Agricola Srl (C-197/16), Azienda Sanitaria Unica Regionale – Marche (ASUR Marche) (C-197/16), ASUR Marche – Area Vasta 3 (C-197/16), Comune di Colmurano (C-197/16), Comune di Loro Piceno (C-197/16)

Dispożittiv

Fil-każ ta’ ommissjoni ta’ evalwazzjoni tal-effetti ta’ proġett fuq l-ambjent meħtieġa mid-Direttiva tal-Kunsill Nru 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2009/31/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, id-dritt tal-Unjoni, minn naħa, jeżiġi li l-Istati Membri jħassru l-konsegwenzi illegali ta’ din l-ommissjoni u, min-naħa l-oħra, ma jipprekludix li ssir evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti bħala regolarizzazzjoni, wara l-kostruzzjoni u t-tpoġġija fis-servizz tal-impjant ikkonċernat, sakemm:

ir-regoli nazzjonali li jippermettu din ir-regolarizzazzjoni ma joffrux lill-individwi l-possibbiltà li jevitaw ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni jew li jonqsu milli japplikawhom u

l-evalwazzjoni magħmula bħala regolarizzazzjoni ma tirrigwardax biss l-effetti futuri ta’ dan l-impjant fuq l-ambjent, iżda tieħu inkunsiderazzjoni wkoll l-effetti ambjentali li seħħew sa mill-istabbiliment tiegħu.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.