|
18.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Kehl – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra I
(Kawża C-195/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Liċenzja tas-sewqan - Direttiva 2006/126/KE - Artikolu 2(1) - Rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji tas-sewqan - Kunċett ta’ “liċenzja tas-sewqan” - Ċertifikat tat-test tal-liċenzja tas-sewqan (CEPC) li jawtorizza lid-detentur tiegħu jsuq fit-territorju tal-Istat Membru emittenti qabel l-għoti tal-liċenzja tas-sewqan definittiva - Sitwazzjoni li fiha d-detentur ta’ CEPC isuq vettura fi Stat Membru ieħor - Obbligu ta’ rikonoxximent ta’ CEPC - Sanzjonijiet imposti fuq id-detentur ta’ CEPC għas-sewqan ta’ vettura barra mit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ l-imsemmi CEPC - Proporzjonalità))
(2017/C 437/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Kehl
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
I
Fil-preżenza ta’: Staatsanwaltschaft Offenburg
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, kif ukoll l-Artikoli 18, 21, 45, 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li dan l-Istat Membru jista’ jirrifjuta li jirrikonoxxi ċertifikat maħruġ fi Stat Membru ieħor, li jattesta l-eżistenza tad-dritt ta’ sewqan tad-detentur tiegħu, meta dan iċ-ċertifikat ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-mudell tal-liċenzja tas-sewqan previst minn din id-direttiva, anki jekk il-kundizzjonijiet imposti mill-imsemmija direttiva għall-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan ikunu ssodisfatti mid-detentur tal-imsemmi ċertifikat. |
|
2) |
L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/126 kif ukoll l-Artikoli 21, 45, 49 u 56 TFUE għandhom jiġu intepretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru jimponi sanzjoni fuq persuna li, minkejja li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta’ ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan previsti minn din id-direttiva, issuq vettura bil-mutur fit-territorju tiegħu mingħajr liċenzja tas-sewqan konformement mar-rekwiżiti tal-mudell ta’ liċenzja tas-sewqan previst mill-imsemmija direttiva u li, sakemm tinħareġ tali liċenzja tas-sewqan minn Stat Membru, tkun tista’ tattesta d-dritt ta’ sewqan tagħha miksub fl-imsemmi Stat Membru ieħor biss permezz ta’ ċertifikat temporanju maħruġ minnu, bil-kundizzjoni li din is-sanzjoni ma tkunx sproporzjonata meta mqabbla mal-gravità tal-fatti inkwistjoni. F’dan ir-rigward, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tal-gravità tal-ksur imwettaq mill-persuna kkonċernata u tas-severità tas-sanzjoni li ser timponi, bħala ċirkustanza potenzjalment attenwanti, il-fatt li l-persuna kkonċernata tkun kisbet id-dritt ta’ sewqan fi Stat Membru ieħor, attestat b’ċertifikat maħruġ fi Stat Membru ieħor u li ser jiġi skambjat, qabel l-iskadenza tiegħu, fuq talba tal-persuna kkonċernata, ma’ liċenzja tas-sewqan konformement mar-rekwiżiti tal-mudell tal-liċenzja tas-sewqan previst mid-Direttiva 2006/126. Din il-qorti għandha wkoll teżamina, fil-kuntest tal-analiżi tagħha, liema kien ir-riskju ġenwin għas-sigurtà stradali li l-persuna kkonċernata ppreżentat fit-territorju tagħha. |