4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco – Spanja) – E vs Subdelegación del Gobierno en Álava

(Kawża C-193/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri - Direttiva 2004/38/KE - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) - Limitazzjoni tad-dritt ta’ dħul u tad-dritt ta’ residenza minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika - Tneħħija mit-territorju minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika - Aġir li jirrappreżenta theddida reali, attwali u suffiċjentement gravi għal interess fundamentali tas-soċjetà - Theddida reali u attwali - Kunċett - Ċittadin tal-Unjoni residenti fl-Istat Membru ospitanti fejn jiskonta piena ta’ priġunerija mogħtija bħala repressjoni ta’ reati repetuti ta’ abbużi sesswali fuq minuri))

(2017/C 293/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E

Konvenuta: Subdelegación del Gobierno en Álava

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċirkustanza li persuna tkun qed tiskonta ħabs fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ tneħħija, mingħajr prospettiva ta’ ħelsien fil-futur qrib, ma teskludix li l-aġir tagħha jirrappreżenta, skont il-każ, għal interess fundamentali tas-soċjetà tal-Istat Membru ospitanti, theddida ta’ natura reali u attwali.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.