Kawża C-156/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Tigers GmbH vs Hauptzollamt Landshut (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 412/2013 — Artikolu 1(3) — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 78 — Regola li tissuġġetta l-applikazzjoni tar-rati ta’ dazju antidumping individwali għall-preżentazzjoni ta’ fattura valida — Ammissibbiltà tal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida sussegwentement għad-dikjarazzjoni doganali — Rifjut ta’ rimbors)
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Tigers GmbH vs Hauptzollamt Landshut
(Kawża C-156/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 412/2013 — Artikolu 1(3) — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 78 — Regola li tissuġġetta l-applikazzjoni tar-rati ta’ dazju antidumping individwali għall-preżentazzjoni ta’ fattura valida — Ammissibbiltà tal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida sussegwentement għad-dikjarazzjoni doganali — Rifjut ta’ rimbors)”
2017/C 412/12Lingwa tal-kawża: il-ĠermaniżQorti tar-rinviju
Finanzgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tigers GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Landshut
Dispożittiv
L-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013, tat-13 ta’ Mejju 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza li tiġi ppreżentata, sussegwentement għad-dikjarazzjoni doganali, fattura kummerċjali valida, għall-finijiet tal-iffissar ta’ dazju antidumping definittiv, meta l-kundizzjonijiet preliminari l-oħra kollha neċessarji għall-kisba ta’ rata ta’ dazju doganali antidumping speċifika għall-impriża huma ssodisfatti u meta l-osservanza tal-applikazzjoni tajba tad-dazji antidumping hija żgurata, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.
( 1 ) ĠU C 211, 13.6.2016.