22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Verband Sozialer Wettbewerb eV vs DHL Paket GmbH

(Kawża C-146/16) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prattiki kummerċjali żleali - Reklamar li jidher f’pubblikazzjoni stampata - Ommissjoni ta’ informazzjoni importanti - Aċċess għal din l-informazzjoni permezz tas-sit internet li permezz tiegħu l-prodotti kkonċernati huma ddistribwiti - Prodotti mibjugħa mill-persuna li ppubblikat ir-reklam jew minn terzi”))

(2017/C 161/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verband Sozialer Wettbewerb eV

Konvenuta: DHL Paket GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li reklam, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “stedina għax-xiri” fis-sens ta’ din id-direttiva jista’ jissodisfa l-obbligu ta’ informazzjoni previst f’din id-dispożizzjoni. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina, każ b’każ, minn naħa, jekk il-limitazzjonijiet ta’ spazju fit-test ta’ reklamar jiġġustifikawx it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni dwar il-fornitur biss fil-livell tal-pjattaforma ta’ bejgħ online u, min-naħa l-oħra, jekk ikun neċessarju, jekk l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7(4)(b) ta’ din id-direttiva dwar il-pjatttaforma ta’ bejgħ online hijiex ikkomunikata b’mod sempliċi u ta’ malajr.


(1)  ĠU C 243, 4.7.2016.