|
13.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/17 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ((L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia vs “Iberdrola Inmobiliaria Real Estate Investments” EOOD
(Kawża C-132/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 26(1)(b) u Artikoli 168 u 176 - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Servizzi ta’ kostruzzjoni jew ta’ titjib ta’ proprjetà immobbli li tappartjeni lil terzi - Użu tas-servizzi mit-terzi u mill-persuna taxxabbli - Provvista tas-servizz mingħajr ħlas lit-terzi - Kontabbiltà tal-infiq iġġenerat għas-servizzi mwettqa bħala li jagħmel parti mill-ispejjeż ġenerali tal-persuna taxxabbli - Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata mal-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli))
(2017/C 382/19)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia
Konvenuta:“Iberdrola Inmobiliaria Real Estate Investments” EOOD
Dispożittiv
L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli għandha d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa għal provvista ta’ servizzi li tikkonsisti li tinbena jew titjieb proprjetà immobbli li tkun proprjetà ta’ terzi, meta din tal-aħħar tibbenefika mingħajr ħlas mir-riżultat ta’ dawn is-servizzi u li dawn jintużaw kemm minn din il-persuna taxxabbli kif ukoll minn din it-terzi fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom, sa fejn dawn is-servizzi ma jaqbżux dak li huwa neċessarju sabiex din il-persuna taxxabbli tkun tista’ twettaq tranżazzjonijiet tal-input intaxxati jew fejn l-infiq tagħhom huwa inkluż fil-prezz ta’ dawn it-tranżazzjonijiet.