24.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 239/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajowa Izba Odwoławcza – il-Polonja) – Archus sp. z o.o., Gama Jacek Lipik vs Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A.

(Kawża C-131/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/17/KE - Prinċipji ta’ għoti ta’ kuntratti - Artikolu 10 - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti - Obbligu tal-entitajiet kontraenti li jitolbu lill-offerenti jemendaw jew jissupplimentaw l-offerta tagħhom - Dritt tal-entità kontraenti li żżomm il-garanzija bankarja fil-każ ta’ rifjut - Direttiva 92/13/KEE - Artikolu 1(3) - Proċeduri ta’ reviżjoni - Deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku - Esklużjoni ta’ offerent - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku))

(2017/C 239/17)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Krajowa Izba Odwoławc

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Archus sp. z o.o., Gama Jacek Lipik

Konvenuta: Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A.

Intervenjenti: Digital-Center sp. z o.o.

Dispożittiv

1)

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi ekonomiċi stabbilit fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, li l-awtorità kontraenti tistieden lil offerent jipprovdi d-dikjarazzjonijiet jew id-dokumenti li s-sottomissjoni tagħhom kienet meħtieġa mill-ispeċifikazzjonijiet u li ma kinux ġew ipprovduti fit-terminu mogħti għas-sottomissjoni tal-offerti. Min-naħa l-oħra, dan l-artikolu ma jipprekludix li l-awtorità kontraenti tistieden lil offerent jikkjarifika offerta jew jirrettifika żball sostantiv li kien inkluż f’din tal-aħħar, bla ħsara, madankollu, għall-fatt li tali stedina tkun indirizzata lill-offerenti kollha li jkunu jinsabu fl-istess sitwazzjoni, li l-offerenti kollha jiġu trattati b’ mod ugwali u leali u li din il-kjarifika jew din ir-rettifika ma tkunx ekwivalenti għas-sottomissjoni ta’ offerta ġdida, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi li jirrelataw mal-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjonijiet, kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament u l-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku tat lok għas-sottomissjoni ta’ żewġ offerti u għall-adozzjoni mill-awtorità kontraenti ta’ żewġ deċiżjonijiet simultanji rigward iċ-ċaħda tal-offerta ta’ wieħed mill-offerenti u l-għoti tal-kuntratt lill-ieħor, rispettivament, l-offerent li ma ntgħażilx li ppreżenta appell minn dawn iż-żewġ deċiżjonijiet jista’ jitlob l-esklużjoni tal-offerta tal-offerent magħżul, b’tali mod li l-kunċett ta’ “kuntratt partikolari” fis-sens tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 92/13, kif emendat mid-Direttiva 2007/66 jista’, skont il-każ, jipprevedi l-possibbiltà li tinbeda proċedura ġdida ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016.