17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 – Orange Polska SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji, European Competitive Telecommunications Association AISBL (ECTA), li kienet European Competitive Telecommunications Association

(Kawża C-123/16 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Artikolu 102 TFUE - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Swieq Pollakki bl-ingrossa tal-aċċess fiss għall-broadband - Rifjut ta’ għoti ta’ aċċess għan-netwerk u ta’ provvista ta’ prodotti bl-ingrossa - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 7(1) - Artikolu 23(2)(a) - Interess leġittimu fil-konstatazzjoni ta’ ksur li ntemm - Kalkolu tal-multa - Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 - Gravità - Ċirkustanzi attenwanti - Investimenti mwettqa mill-impriża responsabbli għall-ksur - Stħarriġ tal-legalità - Stħarriġ sħiħ minn qorti - Sostituzzjoni tal-motivi))

(2018/C 328/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Orange Polska SA (rappreżentanti: S. Hautbourg, avocat, P. Paśnik u M. Modzelewska de Raad, adwokaci, A. Howard, Barrister, D. Beard QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Szczodrowski, L. Malferrari u E. Gippini Fournier, aġenti), Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji (rappreżentanti: P. Litwiński, adwokat, European Competitive Telecommunications Association AISBL (ECTA), li kienet European Competitive Telecommunications Association (rappreżentanti: G. I. Moir u J. MacKenzie, solicitors)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Orange Polska SA hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħha, għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji u European Competitive Telecommunications Association AISBL (ECTA) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 191, 30.05.2016