Kawża C-82/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen – il-Belġju) – K.A. et vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kontrolli fil-fruntieri, ażil, immigrazzjoni — Artikolu 20 TFUE — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 7 u 24 — Direttiva 2008/115/KE — Artikoli 5 u 11 — Ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa suġġett għal projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju — Applikazzjoni għal residenza għall-finijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja ma’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea li qatt ma eżerċita l-libertà ta’ moviment tiegħu — Rifjut li tiġi eżaminata l-applikazzjoni)
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen – il-Belġju) – K.A. et vs Belgische Staat
(Kawża C-82/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kontrolli fil-fruntieri, ażil, immigrazzjoni — Artikolu 20 TFUE — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 7 u 24 — Direttiva 2008/115/KE — Artikoli 5 u 11 — Ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa suġġett għal projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju — Applikazzjoni għal residenza għall-finijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja ma’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea li qatt ma eżerċita l-libertà ta’ moviment tiegħu — Rifjut li tiġi eżaminata l-applikazzjoni)”
2018/C 231/03Lingwa tal-kawża: l-OlandiżQorti tar-rinviju
Raad voor Vreemdelingenbetwistingen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: K.A., M.Z., M.J., N.N.N., O.I.O., R.I., B.A.
Konvenut: Belgische Staat
Dispożittiv
|
1) |
Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 11 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix prassi ta’ Stat Membru li ma tiħux inkunsiderazzjoni applikazzjoni għal residenza għall-finijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja, ippreżentata fit-territorju tiegħu minn ċittadin ta’ pajjiż terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkollu n-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru u li qatt ma jkun eżerċita l-libertà ta’ moviment tiegħu, unikament għar-raġuni li dan iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun is-suġġett ta’ projbizzjoni ta’ dħul fl-imsemmi territorju. |
|
2) |
L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens:
|
|
3) |
L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prassi nazzjonali li bis-saħħa tagħha deċiżjoni ta’ ritorn tkun adottata fil-konfront ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, li diġà kien is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ ritorn akkumpanjata minn projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju, li tkun għadha fis-seħħ, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi tal-ħajja tal-familja tiegħu, u b’mod partikolari l-interessi tal-wild minorenni tiegħu, imsemmija f’applikazzjoni għal residenza għall-finijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja ppreżentata wara l-adozzjoni ta’ tali projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju, ħlief meta tali elementi setgħu ġew invokati preċedentement mill-persuna kkonċernata. |
( 1 ) ĠU C 145, 25.04.2016.