23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Associação Sindical dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas

(Kawża C-64/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 19(1) TUE - Rimedji ġudizzjarji - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Indipendenza ġudizzjarja - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Tnaqqis tar-remunerazzjonijiet fis-servizz pubbliku nazzjonali - Miżuri ta’ awsterità baġitarja))

(2018/C 142/02)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Associação Sindical dos Juízes Portugueses

Konvenut: Tribunal de Contas

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipju tal-indipendenza tal-imħallfin ma jipprekludix l-applikazzjoni fuq il-membri tat-Tribunal de Contas (il-Qorti tal-Awdituri, il-Portugall) miżuri ġenerali ta’ tnaqqis ta’ pagi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, marbuta ma’ restrizzjonijiet li jeliminaw defiċit baġitarju eċċessiv u programm ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 156, 02.05.2016