12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2017 – European Bicycle Manufacturers Association (EBMA) vs Giant (China) Co. Ltd, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-61/16 P) (1)

((Appell - Dumping - Regolament (UE) Nru 502/2013 - Importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 18(1) - Kooperazzjoni - Kunċett ta’ “informazzjoni neċessarja” - Artikolu 9(5) - Talba għal trattament individwali - Riskju ta’ evitar))

(2018/C 052/04)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: European Bicycle Manufacturers Association (EBMA) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avocat, J. Beck, solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Giant (China) Co. Ltd (rappreżentant: P. De Baere, avocat), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, assistita minn B. O’Connor, solicitor, u minn S. Gubel, avocat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França u A. Demeneix, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-European Bicycle Manufacturers Association (EBMA) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk ta’ Giant (China) Co. Ltd.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016.