13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat 13 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Stockholm – Migrationsöverdomstolen – l-Isvezja) – Mohammad Khir Amayry vs Migrationsverket

(Kawża C-60/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nruo604/2013 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz - Artikolu 28 - Detenzjoni tal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali sabiex huwa jiġi ttrasferit lejn l-Istat Membru responsabbli - Perijodu li fih għandu jsir it-trasferiment - Perijodu massimu tad-detenzjoni - Kalkolu - Aċċettazzjoni tat-talba sabiex tittieħed responsabbiltà qabel id-detenzjoni - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment))

(2017/C 382/17)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Kammarrätten i Stockholm – Migrationsöverdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mohammad Khir Amayry

Konvenut: Migrationsverket

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, moqri fid-dawl tal-Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li, f’sitwazzjoni li fiha d-detenzjoni ta’ applikant għal protezzjoni internazzjonali tibda wara li l-Istat Membru rikjedenti aċċetta l-applikazzjoni sabiex tittieħed ir-responsabbiltà, din id-detenzjoni tista’ tinżamm għal perijodu massimu ta’ xahrejn, għaldaqstant, minn naħa, li t-terminu ta’ detenzjoni ma jaqbiżx iż-żmien neċessarju għall-finijiet tal-proċedura ta’ trasferiment, evalwata wara li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti konkreti ta’ din il-proċedura f’kull każ individwali, u, min-naħa l-oħra, li skont il-każ, dan it-terminu ma jaqbiżx is-sitt ġimgħat li jibdew jiddekorru mid-data minn meta l-appell jew ir-reviżjoni ma għandhomx iktar effett sospensiv, u;

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti, f’sitwazzjoni bħal din, li żżomm l-imsemmija detenzjoni matul tlieta jew tnax-il xahar li matulhom it-trasferiment seta’ ġie mwettaq validament.

2)

L-Artikolu 28(3) tar-Regolament Nru 604/213 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma għandhomx jitnaqqsu mit-terminu ta’ sitt ġimgħat li bdew jiddekorru mill-mument meta l-appell jew ir-reviżjoni ma għandhomx iktar effett sospensiv, stabbiliti minn din id-dispożizzjoni, in-numru ta’ jiem li matulhom il-persuna kkonċernata kienet diġà ġiet imqiegħda f’detenzjoni wara li Stat Membru aċċetta l-applikazzjoni sabiex tittieħed ir-responsabbiltà jew it-teħid lura ta’ responsabbiltà.

3)

L-Artikolu 28(3) tar-Regolament Nru 604/213 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu ta’ sitt ġimgħat li jibda jiddekorri mill-mument fejn l-appell jew ir-reviżjoni ma għandhomx iktar effett sospensiv, stabbilit minn din id-dispożizzjoni, japplika wkoll meta s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment ma ġietx speċifikament mitluba mill-persuna kkonċernata.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.