24.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 239/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – The Shirtmakers BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-59/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 32(1)(e)(i) - Valur għal skopijiet doganali - Valur ta’ tranżazzjoni - Determinazzjoni - Kunċett ta’ “spejjeż tat-trasport”))
(2017/C 239/15)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Shirtmakers BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Dispożittiv
L-Artikolu 32(1)(e)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “spejjeż tat-trasport”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jinkludi l-ammont supplimentari ffatturat mill-aġent tat-trasport lill-importatur, li jikkorrispondi għall-marġni benefiċjarju u għall-ispejjeż ta’ dan l-aġent, fir-rigward tas-servizz tiegħu ta’ organizzazzjoni tat-trasport tal-merkanzija importata lejn it-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea.