29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-58/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Titjib tas-sigurtà fil-portijiet - Direttiva 2005/65/KE - Artikolu 2(3) u Artikoli 6, 7 u 9 - Ksur - Assenza ta’ evalwazzjoni tas-sigurtà tal-portijiet - Konfini tal-portijiet, pjan tas-sigurtà tal-portijiet u uffiċjal tas-sigurtà tal-portijiet - Assenza ta’ definizzjoni))

(2017/C 168/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u L. Nicolae, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u R. Kanitz, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi naqset milli tiżgura, fir-rigward tal-portijiet Ġermaniżi ta’ Düsseldorf, ta’ Köln-Niehl I, ta’ Godorf, ta’ Duisburg-Rheinhausen, ta’ Neuss, ta’ Duisburg Außen-/Parallelhafen, ta’ Krefeld-Linn, ta’ Stromhafen Krefeld, ta’ Duisburg Ruhrort-Meiderich, ta’ Gelsenkirchen u ta’ Mülheim, fil-Land ta Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja), li jiġu ddefiniti l-konfini tal-portijiet, li jiġu approvati evalwazzjonijiet u pjanijiet tas-sigurtà tal-portijiet u li jiġi akkreditat uffiċjal tas-sigurtà tal-portijiet, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2(3) kif ukoll taħt l-Artikoli 6, 7 u 9 tad-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 4.4.2016.