13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP, Bruichladdich Distillery Co.Ltd

(Kawża C-56/16 P) (1)

([Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) u (2)(d) - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PORT CHARLOTTE - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ din it-trade mark - Protezzjoni mogħtija lid-denominazzjonijiet ta’ oriġini preċedenti “Porto” u “Port” skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u tad-dritt nazzjonali - Natura eżawrjenti tal-protezzjoni mogħtija lil dawn id-denominazzjonijiet ta’ oriġini - Artikolu 118m tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Kunċetti ta’ “użu” u ta’ “evokazzjoni” ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta])

(2017/C 382/16)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: E. Zaera Cuadrado u O. Mondéjar Ortuño, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-apellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers, I. Galindo Martín, J. Samnadda u T. Scharf, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP (rappreżentant: P. Sousa e Silva, avukat), Bruichladdich Distillery Co.Ltd (rappreżentant: S. Havard Duclos, avukat)

Intervenjenti insostenn ta’ Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u A. Alves, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Novembru 2015, Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto vs UASI – Bruichladdich Distillery (PORT CHARLOTTE) (T-659/14, EU:T:2015:863), hija annullata.

2)

Ir-rikors fil-Kawża T-659/14, ippreżentat minn Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto IP kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta’ Lulju 2014 (Każ R 946/2013-4), huwa miċħud.

3)

Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto IP hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Bruichladdich Distillery Co. Ltd fiż-żewġ istanzi.

4)

Ir-Repubblika Portugiża u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.