6.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Minister Finansów vs Stowarzyszenie Artystów Wykonawców Utworów Muzycznych i Słowno-Muzycznych SAWP (SAWP)

(Kawża C-37/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi bi ħlas” - Ħlas ta’ miżati lil soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati bħala kumpens ġust - Esklużjoni))

(2017/C 070/11)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister Finansów

Konvenuta: Stowarzyszenie Artystów Wykonawców Utworów Muzycznych i Słowno-Muzycznych SAWP (SAWP)

Fil-preżenza ta’: Prokuratura Generalna, Stowarzyszenie Zbiorowego Zarządzania Prawami Autorskimi Twórców Dzieł Naukowych i Technicznych Kopipol, Stowarzyszenie Autorów i Wydawców Copyright Polska

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat-13 ta’ Lulju 2010, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-detenturi ta’ drittijiet ta’ riproduzzjoni ma jwettqux provvista ta’ servizzi, fis-sens ta’ din id-direttiva, lill-produtturi u lill-importaturi ta’ tagħmir li jaħżen id-data u ta’ apparat għar-reġistrazzjoni u għar-riproduzzjoni li mingħandhom is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati jiġbru, għall-benefiċċju ta’ dawn id-detenturi iżda f’isimhom stess, miżati fuq il-bejgħ ta’ dan l-apparat u tagħmir.


(1)  ĠU C 145, 25.4.2016.