3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Stralsund – il-Ġermanja) – HanseYachts AG vs Port D’Hiver Yachting SARL, Société Maritime Côte D’Azur, Compagnie Generali IARD SA

(Kawża C-29/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 27 - Lis alibi pendens - Qorti adita l-ewwel - Artikolu 30(1) - Kunċett ta’ “att promotur” jew ta’ “att ekwivalenti” - Rikors għall-finijiet ta’ perizja ġudizzjarja għaż-żamma jew l-istabbiliment tal-prova tal-fatti li jistgħu jkunu l-bażi ta’ azzjoni legali ulterjuri qabel ma tkun inbdiet l-ebda kawża))

(2017/C 213/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Stralsund

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HanseYachts AG

Konvenuti: Port D’Hiver Yachting SARL, Société Maritime Côte D’Azur, Compagnie Generali IARD SA

Dispożittiv

L-Artikolu 27(1) u l-Artikolu 30(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’każ ta’ lis alibi pendens, id-data li fiha tressqet proċedura intiża biex tinkiseb miżura istruttorja qabel kull kawża ma tistax tikkostitwixxi d-data li fiha “hija meqjusa bħala invokat [adita]”, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 30(1), qorti msejħa biex tiddeċiedi dwar talba fil-mertu li tressqet fl-istess Stat Membru wara r-riżultat ta’ din il-miżura.


(1)  ĠU C 136, 18.04.2016.