13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-18/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Standards għall-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 9 - Dritt li wieħed jibqa’ fi Stat Membru sakemm tiġi eżaminata l-applikazzjoni - Direttiva 2013/33/UE - Punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(3) - Tqegħid f’detenzjoni - Verifika tal-identità jew tan-nazzjonalità - Determinazzjoni tal-elementi li hija bbażata fuqhom l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Validità - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 6 u 52 - Limitazzjoni - Proporzjonalità)

(2017/C 382/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: K.

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Dispożittiv

L-eżami tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, ma wera ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità ta’ din id-dispożizzjoni fid-dawl tal-Artikoli 6 u 52(1) u (3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 98, 14.03.2016