6.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Setembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Eqiom SAS, li kienet Holcim France SAS, Enka SA vs Ministre des Finances et des Comptes publics
(Kawża C-6/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni diretta - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Taxxa f’ras il-għajn - Direttiva 90/435/KEE - Artikolu 1(2) - Artikolu 5(1) - Eżenzjoni - Dividendi mqassma minn sussidjarja residenti lil kumpannija omm mhux residenti miżmuma direttament jew indirettament minn residenti ta’ Stati terzi - Preżunzjoni - Frodi, evażjoni u abbuż fiskali))
(2017/C 374/06)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eqiom SAS, li kienet Holcim France SAS, Enka SA
Konvenut: Ministre des Finances et des Comptes publics
Dispożittiv
L Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/123/KE, tat-22 ta’ Diċembru 2003, minn naħa, u l-Artikolu 49 TFUE, min-naħa l-oħra, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti tal-vantaġġ fiskali previst fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva – jiġifieri l-eżenzjoni ta’ taxxa f’ras il-għan tal-profitti mqassma minn sussidjarja residenti lil kumpannija omm mhux residenti, meta din il-kumannija omm hija kkontrollata direttament jew indirettament minn resident wieħed jew iktar ta’ Stati terzi – għall-kundizzjoni li din tistabbilixxi li l-katina ta’ ishma ma għandhiex bħala għan prinċipali jew bħala wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħha li tieħu vantaġġ minn din l-eżenzjoni.