Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-13 ta ’ Mejju 2016 – CEVA vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑601/15)

“Klawżola ta’ arbitraġġ — Proġett ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fil-qasam intitolat ‘L-alka li tirriżulta mill-akwakultura sostenibbli bħala materja prima għall-bijoplastik bijodegradabbli’ — Kuntratt Seabioplas — Talba għall-ħlas tal-kontribut finanzjarju dovut — Tpaċija — Terminu tar-rikors — Tardività — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà”

1. 

Proċedura ġudizzjarja — Bażi legali ta’ rikors — Għażla mogħtija lir-rikorrent u mhux lill-qorti tal-Unjoni (ara l-punt 22)

2. 

Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Deċiżjoni ta’ tpaċija extraġudizzjarja bejn debiti u krediti adottata mill-Kummissjoni abbażi tar-Regolament 966/2012 — Inklużjoni (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 80) (ara l-punti 24-26, 30, 31, 33)

3. 

Atti tal-istituzzjonijiet — Preżunzjoni ta’ validità — Att ineżistenti — Kunċett (Artikolu 288 TFUE) (ara l-punti 37, 38)

4. 

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Interess ġuridiku — Neċessità ta’ interess reali u attwali — Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors — Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent — Assenza — Inammissibbiltà (ir-raba paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 47-50)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tikseb il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tal-ewwel rata tas-sussidju dovut lir-rikorrenti fil-kuntest tal-kuntratt Seabioplas (referenza FP7‑SME‑2013‑606032‑SEABIOPLAS), dwar proġett ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fil-qasam intitolat “L-alka li tirriżulta mill-akwakultura sostenibbli bħala materja prima għall-bijoplastik bijodegradabbli”.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2) 

Il-Centre d’étude et de valorisation des algues SA (CEVA) hija kkundannata għall-ispejjeż.