Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2016 – Stichting Accolade vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑598/15)

“Għajnuna mill-Istat - Bejgħ ta’ ċerti artijiet bi prezzijiet allegatament taħt il-prezz tas-suq - Ilment ta’ terz quddiem il-Kummissjoni - Deċiżjoni li tiddikjara li l-miżura kontenzjuża ma tikkostitwixxix għajnuna - Proċedura tal-fażi preliminari ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 108(2) TFUE, l-Artikolu 10(1), l-Artikolu 13(1), u l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 rigward għajnuna individwali, allegatament illegali - Rikors għal annullament ta’ terz - Ammissibbiltà - Locus standi - Rikors sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet proċedurali - Rikors li jikkontesta l-fondatezza tal-miżura kontenzjuża - Assenza ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà”

1. 

Rikors għal annullament–Persuni fiżiċi jew ġuridiċi–Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE–Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi–Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tadottax il-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat fir-rigward ta’ bejgħ ta’ ċerti artijiet minn komun bi prezzijiet allegatament taħt il-prezz tas-suq–Esklużjoni

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 28-34)

2. 

Rikors għal annullament–Persuni fiżiċi jew ġuridiċi–Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment–Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq intern mingħajr ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali–Rikors tal-persuni interessati fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE–Identifikazzjoni tas-suġġett tar-rikors–Rikors intiż sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet proċedurali tal-persuni interessati–Ammissibbiltà–Motivi li jistgħu jiġu invokati

(Artikolu 108(2) TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament Nru 659/1999, Artikoli 1(h)), 4(3), u 6(1))

(ara l-punti 36-39, 45-48)

3. 

Rikors għal annullament–Persuni fiżiċi jew ġuridiċi–Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment–Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat–Rikors ta’ terz li jikkontesta l-fondatezza tal-imsemmija deċiżjoni–Terz li ma jiġġustifikax effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva tiegħu fis-suq rilevanti–Inammissibbiltà

(Artikolu 108(3) TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament Nru 659/1999, Artikoli 1(h), 4 u 6)

(ara l-punti 40, 54-60, 68, 69)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2015) 4411 finali tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ġunju 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34676 (2015/NN) – Il-Pajjiżi l-Baxxi (bejgħ ta’ artijiet mill-Komun ta’ Harlingen allegatament taħt il-prezz tas-suq), li permezz tagħha l-Kummissjoni ddeċidiet li l-bejgħ tal-imsemmija artijiet lil Ludinga Vastgoed BV ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2) 

Stichting Accolade hija kkundannata għall-ispejjeż.