Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta ’ April 2016 – Il‑Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑551/15)

“Rikors għal annullament — FAEG u FAEŻR — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Bidu tad-dekorrenza — Tardività — Inammissibbiltà”

1. 

Rikors għal annullament — Termini — Natura ta’ ordni pubbliku — Bidu tad-dekorrenza — Notifika — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi mill-finanzjament mill-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-FAEG, skont il-FAEG u skont il-FAEŻR — Pubblikazzjoni sussegwenti tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali — Assenza ta’ effett (Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE) (ara l-punti 20-23, 25-28, 31-33, 36-38, 40)

2. 

Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Notifika — Kunċett (Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE) (ara l-punt 24)

3. 

Atti tal-istituzzjonijiet — Obbligu ġenerali li d-destinatarji jiġu informati dwar ir-rimedji ġudizzjarji u t-termini — Assenza (Ir-raba’ u s-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE) (ara l-punt 39)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 182, p. 39), sa fejn din teskludi ċertu nfiq imġarrab mir-Repubblika Portugiża.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2) 

Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.