Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-11 ta ’ Marzu 2016 –

Eden Green Vivai Piante di Verdesca Giuseppe et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑437/15)

“Rikors għal annullament — Agrikoltura — Protezzjoni kontra organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti — Miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni Ewropea tal-Xylella fastidiosa — Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà”

1. 

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Kunċett ta’ att regolatorju — Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi — Deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa — Inklużjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 21)

2. 

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti leġiżlattivi — Atti li ma jinvolvux miżuri ta’ eżekuzzjoni u li jikkonċernaw lir-rikorrent direttament — Kunċett ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni — Kriterji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa — Att li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2015/789, Artikolu 9 u Anness I) (ara l-punti 23, 30, 33)

3. 

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Interess individwali — Kriterji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa — Rikors ta’ impriżi li huma attivi fis-settur tal-imxietel li jagħmlu parti mill-operaturi koperti mid-deċiżjoni, mingħajr ma huma madankollu individwalizzati minħabba l-applikazzjoni fir-rigward tagħhom tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni — Assenza ta’ interess individwali — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2015/789, Artikolu 9 u Anness I) (ara l-punti 35, 36)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789, tat-18 ta’ Mejju 2015, fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al) (ĠU L 125, p. 36), u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 6 u 9 tagħha, moqrija flimkien mal-Anness I ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Eden Green Vivai Piante di Verdesca Giuseppe u t-38 rikorrent ieħor li isimhom jinsab fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.