29.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/26


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 – Guccio Gucci vs UASI – Guess? IP Holder (Rappreżentazzjoni ta’ erba’ ittri G intriċċati)

(Kawża T-753/15)

(2016/C 078/37)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Guccio Gucci SpA (Firenze, l-Italja) (rappreżentanti: P. Roncaglia, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Guess? IP Holder LP (Los Angeles, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta erba’ ittri G intriċċati – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 090 048

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Ottubru 2015, fil-Każ R 1703/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti matul dawn il-proċedimenti;

tikkundanna lil Guess għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 8(5) u 75 tar-Regolament Nru 207/2009.