|
7.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 90/20 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2015 – Aldi vs UASI – Sky (SKYLITE)
(Kawża T-736/15)
(2016/C 090/28)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen, u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sky plc (Isleworth, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “SKYLITE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 595 311
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Ottubru 2015 fil-Każ R 2771/2014-4
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |