15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/32


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2015 – Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

(Kawża T-709/15)

(2016/C 059/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Almashreq Investment Fund (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tikkumpensa d-dannu kollu sostnut mir-rikorrenti fl-ammont li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu;

taħtar il-ħatra ta’ espert sabiex tiġi stabbilita l-portata tad-dannu sostnut mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku bbażat fuq id-dannu morali sostnut minnha, jiġifieri li ppreġudika r-reputazzjoni tagħha, u li huwa f’rabta kawżali diretta mal-miżuri meħuda mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u li r-responsabbiltà tagħhom hija ta’ din tal-aħħar.