|
1.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/64 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2015 – E-Control vs ACER
(Kawża T-671/15)
(2016/C 038/87)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Energie-Control Austria für die Regulierung der Elektrizitäts- und Erdgaswirtschaft (E-Control) (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: F. Schuhmacher, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
Talbiet
|
— |
tannulla l-Avviż Nru 09/2015 tat-23 ta’ Settembru 2015 tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija dwar il-kompatibbiltà tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta’ regolazzjoni nazzjonali li japprovaw il-metodi għall-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transkonfinali fl-Ewropa ċentrali u tal-lvant bir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 [iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 714/2009”] u l-linji gwida dwar il-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ trasferiment disponibbli ta’ interkonnessjonijiet bejn sistemi nazzjonali, li jinsabu fl-Anness I tiegħu |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tar-rekwiżiti proċedurali, inkluż b’mod partikolari n-nuqqas ta’ regoli proċedurali, il-ksur tad-dritt ta’ aċċess għall-fajl, il-ksur tad-dritt għal smigħ u nuqqas ta’ motivazzjoni adegwata. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali tal-miżuri proposti, peress li l-ACER ma osservatx il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 713/2009 iżda b’mod kuntrarju bbażat l-opinjoni tagħha fuq l-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 713/2009, u b’hekk eċċediet il-kompetenzi stabbiliti f’dan l-Artikolu u aġixxiet ultra vires. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament Nru 714/2009, peress li l-konklużjoni tal-ACER li tgħid li l-konġestjoni strutturali teżisti mal-fruntiera Germaniża-Awstrijaka ma hijiex sostnuta minn fatti u hija inkompatibbli mad-definizzjoni ta’ konġestjoni. Barra minn hekk, fl-opinjoni hemm nieqsa evalwazzjoni tal-impatt tagħha u evalwazzjoni fil-fond tas-soluzzjonijiet alternattivi. Finalment, il-proċedura ta’ allokazzjoni ta’ kapaċità hekk kif ippreżentata fl-opinjoni ma tikkostitwixxix rimedju adatt u proporzjonat għall-problemi li huma identifikati fiha. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1222/2015 (Linji Gwida AKĠK) peress li l-opinjoni ma tosservax ir-rekwiżiti materjali u proċedurali vinkolanti li jinsabu f’dan ir-Regolament, li daħlu fis-seħħ qabel l-adozzjoni tal-opinjoni msemmija. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE, peress li l-opinjoni tikser il-prinċipji fundamentali tas-suq intern Ewropew tal-enerġija billi tordna lill-awtoritajiet ta’ regolazzjoni nazzjonali u lill-amministraturi tan-netwerk ta’ trasport tal-elettriku [TSO] jaqsmu artifiċjalment is-suq integrat tal-elettriku bejn l-Awstrija u l-Ġermanja. |
|
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 34 u 35 TFUE, għaliex il-miżura ta’ regolazzjoni timponi ostakli artifiċjali għall-kummerċ bejn Stati Membri u tinterferixxi mal-prinċipju fundamentali tal-moviment liberu tal-merkanzija fis-sens tal-Artikoli 34 u 35 TFUE. |