|
29.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/21 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – Liedtke vs Il-Parlament
(Kawża T-652/15)
(2016/C 078/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Dirk Liedtke (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Pirc Musar, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni A(2015) 8547 C tal-Parlament Ewropew, tas-16 ta’ Settembru 2015, li tiċħad l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrent għal aċċess għal ċerti dokumenti li jirrigwardaw informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-allowances ta’ sussistenza, l-allowances għal spejjeż ġenerali u l-ispejjeż ta’ arranġamenti relatati mal-persunal tal-Membri tal-Parlament Ewropew. |
|
— |
tordna lill-Parlament ibati l-ispejjeż tar-rikorrent skont l-Artikoli 134 u 140 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż tal-partijiet intervenjenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1) flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001 (2), peress li d-data personali mitluba ma hijiex protetta mil-leġiżlazzjoni Komunitarja. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001, peress li l-aċċess għall-informazzjoni mitluba ġie miċħud, minkejja li l-kundizzjonijiet għall-iżvelar kienu ssodisfatti. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ġenerali, skont l-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, flimkien mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jsir eżami ta’ kull dokument individwali. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li ċ-ċaħda li jingħata aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba ma kinitx iġġustifikata. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif meħtieġ mill-Artikoli 7(1) u 8(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li l-Parlament naqas milli jindirizza l-argumenti kollha tar-rikorrent. |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).