8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/53


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – Psara vs Il-Parlament

(Kawża T-639/15)

(2016/C 048/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Psara (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Pirc Musar, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni A(2015)8602 C tal-Parlament Ewropew, tas-16 ta’ Settembru 2015, li tiċħad it-talba konfermatorja tar-rikorrenti għal aċċess għal ċerti dokumenti relatati ma’ informazzjoni dwar spejjeż tal-ivvjaġġar, allowances għall-għajxien, allowances għall-infiq ġenerali u spejjeż għal arranġamenti għall-persunal tal-Membri tal-Parlament Ewropew;

tikkundanna lill-Parlament ibati l-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikoli 134 u 140 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż ta’ kwalunkwe partijiet intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1) moqri mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001 (2), peress li d-data personali mitluba ma hijiex protetta taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 moqri mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001, peress li l-aċċess għall-informazzjoni mitluba kien ġie rrifjutat, għalkemm il-kundizzjonijiet għal żvelar kienu ssodisfatti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ġenerali, taħt l-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 moqrija mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jitwettaq eżami ta’ kull dokument individwali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li r-rifjut li jingħata aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba ma kienx iġġustifikat.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif meħtieġ mill-Artikoli 7(1) u 8(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li l-Parlament naqas milli jindirizza l-argumenti kollha tar-rikorrenti.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).