25.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/68 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2015 – Badica u Kardiam vs Il-Kunsill
(Kawża T-619/15)
(2016/C 027/86)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bureau d’achat de diamant Centrafrique (Badica) (Bangui, Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana), Kardiam (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Luff u L. Defalque, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1485, tat-2 ta’ Settembru 2015, u l-punt B 1 tal-Anness għal dan ir-regolament sa fejn ir-rikorrenti huma inklużi fl-Anness I tar-Regolament li jimplimenta l-Artikolu 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014, tal-10 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, kif ukoll tad-dritt għal smigħ xieraq u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Dan il-motiv huwa magħmul minn żewġ partijiet:
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni tal-fatti fir-rigward tal-attivitajiet tar-rikorrenti, li jwasslu għal żball ta’ liġi. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq vizzji li jaffettwaw l-eżami magħmul mill-Kunsill. |