14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/34 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2015 – Onix Asigurări vs EIOPA
(Kawża T-590/15)
(2015/C 414/45)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrenti: Onix Asigurări SA (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: M. Vladu, avukat)
Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)
Talbiet
— |
tikkonstata li l-konvenuta naqset milli taġixxi fis-sens tat-teħid ta’ deċiżjoni kontra l-applikazzjoni żbaljata, mill-Istituto per la Vigilanza sulle Assicurazioni [awtorità Taljana ta’ sorveljanza tas-settur tal-assigurazzjonijiet], tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell BOA 2015 001, tat-3 ta’ Awwissu 2015, kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-President EIOPA-14-267, tas-6 ta’ Ġunju 2014, ikkonfermata bil-pożizzjoni EIOPA-14-653, tal-24 ta’ Novembru 2014; |
— |
tikkonstata li l-konvenuta hija responsabbli għad-dannu kkawżat lir-rikorrenti permezz tan-nuqqas tagħha milli tieħu deċiżjoni, konformement mal-punt 1, kif ukoll permezz tat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt 2 |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur ta’ formalità sostanzjali b’rabta mad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell BOA 2015 001, tat-3 ta’ Awwissu 2015, u mad-deċiżjoni tal-President EIOPA-14-267, tas-6 ta’ Ġunju 2014
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ dannu materjali u f’termini ta’ immaġni sostnut mir-rikorrenti (it-tnaqqis tad-dħul mill-bejgħ u tal-profitt, l-impatt negativ fuq ir-reputazzjoni tagħha), li l-konvenuta kkawżat b’mod dirett u intenzjonali billi naqset milli tieħu deċiżjoni, kif ukoll billi adottat id-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, li huma invalidi. |