25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/60


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2015 – GABO:mi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-588/15)

(2016/C 027/77)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: GABO:mi Gesellschaft für Ablauforganisation:milliarium mbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Ahlhaus u C. Mayer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara d-deċiżjonijiet ikkontestati bħala nulli; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, inklużi fil-posta elettronika tad-29 ta’ Lulju 2015 u fl-ittri tad-19 ta’ Awwissu 2015 (Ref. Ares(2015)3466903) u tat-28 ta’ Awwissu 2015 (Ref. Ares(2015)3557576), li jiġu sospiżi l-pagamenti kollha lir-rikorrenti fir-rigward tal-għotjiet għall-FP7 ġestiti mid-Direttorat E tal-konvenuta, jiġifieri l-Ftehim ta’ Għotja FP7 Nru 602299 dwar il-Proġett EU-CERT-ICD u l-Ftehim ta’ Għotja FP7 Nru 260777 dwar il-Proġett HIP-Trial u d-Direttorat F, jiġifieri l-Ftehim ta’ Għotja FP7 Nru 312117 dwar il-Proġett BIOFECTOR

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma humiex koperti bl-Artikolu II.5(3)(d) tal-Anness II tal-Ftehim ta’ Għotja FP7.

1.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma jissodisfawx ir-rekwiżiti formali u proċedurali applikabbli u huma vvizzjati minn ksur tal-prinċipji ta’ governanza tajba.

2.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-intenzjoni vera tal-konvenuta hija li teżegwixxi tpaċija illegali minflok timponi miżuri kawtelatorji.

3.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma bbażati fuq deċiżjonijiet diskrezjonali illeġittimi tal-konventuta.

4.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma vvizzjati minn ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità.