30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/70


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2015 – For Tune vs UASI – Gastwerk Hotel Hamburg (fortune)

(Kawża T-579/15)

(2015/C 398/84)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: For Tune sp. z o.o. (Warszawa, il-Polonja) (rappreżentant: K. Popławska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gastwerk Hotel Hamburg GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “fortune” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 5 25  491

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Awwissu 2015 fil-Każ R 2808/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċidemti quddiem il-Bord għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.