30.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/66 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2015 – Excalibur City vs UASI – Ferrero (MERLIN'S KINDERWELT)
(Kawża T-565/15)
(2015/C 398/80)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Excalibur City s.r.o. (Znojmo, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: E. Engin-Deniz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferrero SpA (Alba, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “MERLIN’S KINDERWELT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 2 01 969
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Lulju 2015, fil-Każ R 1538/2014-1
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009. |