9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/45


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2015 – Paglieri Sell System vs UASI (APOTEKE)

(Kawża T-563/15)

(2015/C 371/46)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Paglieri Sell System SpA (Pozzolo Formigaro, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi, F. Braga, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “APOTEKE” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 13 014 691

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 2428/2014-5

Talbiet

tikkonstata l-ksur u l-applikazzjoni inkorretta tal-Artikoli 7(1)(b) u (c), u 7(2) tar-regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

tikkonstata l-ksur tal-Artikolu 75 tar-regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.