9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/44


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2015 minn Fernando De Esteban Alonso mid-digriet mogħti fil-15 ta’ Lulju 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-35/15, De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-557/15 P)

(2015/C 371/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Fernando De Esteban Alonso (Saint-Martin-de-Seignanx, Franza) (rappreżentant: C. Huglo, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

jannulla d-digriet F-35/15 tal-15 ta’ Lulju 2015 li permezz tiegħu l-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad ir-rikors tiegħu;

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra bid-data tal-21 ta’ Novembru 2014, riċevuta fit-3 ta’ Diċembru 2014, li tiċħad l-ilment Nru R/865/14 magħmul mir-rikorrent fil-5 ta’ Awwissu 2014;

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ċaħda ta’ twettiq tal-ġustizzja, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda b’digriet, mingħajr ma ppermetta skambju ġdid ta’ noti jew seduta pubblika.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju u tad-drittijiet tad-difiża, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda b’digriet, mingħajr ma ppermetta skambju ġdid ta’ noti jew seduta pubblika.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żied kundizzjoni ġdida mal-kundizzjonijiet previsti għall-assistenza istituzzjonali fl-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.