26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/52


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2015 – CCPL et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-522/15)

(2015/C 354/63)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CCPL – Consorzio Cooperative di Produzione e Lavoro SC (Reggio Emilia, l-Italja), Coopbox group SpA (Reggio Emilia, l-Italja), Poliemme Srl (Reggio Emilia, l-Italja), Coopbox Hispania, SL (Lorca, Sapnja), Coopbox Eastern s.r.o. (Nové Mesto nad Váhom, is-Slovakkja) (rappreżentanti: S. Bariatti, avukat, E. Cucchiara, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-multa imposta fuq ir-rikorrenti; jew

sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tagħha; u, fi kwalunkwe każ

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Ġunju 2015, Nru C(2015) 4336 finali, fil-Każ AT.39563 – Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut, li għandu bħala suġġett il-ksur tal-Artikolu 101 tat-Tratta dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-abbuż ta’ poter minħabba nuqqas ta’ investigazzjoni u ta’ motivazzjoni li jindikaw l-eżistenza ta’ effetti li jirriżultaw mill-ksur.

qed jiġi argumentat f’dan ir-rigward li l-aġir ikkontestat baqa’ ma ġiex attwat, kif jirriżulta mid-dokumenti tal-investigazzjoni u kif ġie rrikonoxxut ukoll mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata. Din iċ-ċirkustanza kellha tiġi debitament ikkunsidrata fl-evalwazzjoni ġenerali tal-gravità tal-ksur u, għaldaqstant, tal-kwantifikazzjoni tal-multi imposti. Min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni kkontestata ma tikkunsidrax dan l-aspett, mingħajr ma toffri ebda motivazzjoni f’dan ir-rigward.

2.

It-tieni motiv, huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u adegwatezza fl-iffissar tal-ammont bażiku tas-sanzjoni.

f’dan ir-rigward qed jiġi ddikjarat li għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa d-deċiżjoni kkontestata ħadet inkunsiderazzjoni l-valur tal-bejgħ imwettaq fl-aħħar sena ta’ parteċipazzjoni fil-ksur, anki jekk dan il-valur xejn ma kien rappreżentattiv tas-saħħa reali fis-suq tar-rikorrenti u tal-partijiet l-oħra fil-proċedura.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

f’dan ir-rigward qed jiġi ddikjarat li l-valur meħud inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu tal-10 % previst fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1/2003 huwa pależament żbaljat, peress li:

jinkludi l-fatturat kollu tal-Grupp CCPL, minkejja li l-Kummissjoni għadha ma ppruvatx l-hekk imsejħa parental liability tal-kumpannija parent tal-Grupp;

jinkludi l-fatturat ġġenerat minn entitajiet li ma baqgħux jiffurmaw parti mill-Grupp CCPL fil-mument tad-deċiżjoni;

ma jieħux inkunsiderazzjoni ċirkustanza speċifika tal-kompożizzjoni tal-fatturat attribbwit lill-Grupp CCPL.

4.

Ir-raba’ motiv, huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji tal-proporzjonalità u tal-ugwaljanza ta’ trattament fl-iffissar tal-portata tas-sanzjoni

f’dan ir-rigward qed jiġi argumentat li d-deċiżjoni kkontestata ma ħaditx lanqas minimament inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ta’ kriżi gravi li fih jinsab is-settur tal-ippakkjar u li l-multa imposta fuq ir-rikorrenti hija pależament u inġustifikatament sprporzjonata meta mqabbla ma’ dik tal-partijiet l-oħra.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni Ewropea tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE, peress li ħadet inkunsiderazzjoni, biss parzjalment, tal-elementi dwar in-nuqqas ta’ kapaċità kontributtiva pprovduti mill-Grupp CCPL.

d-deċiżjoni kkontestata, anki jekk tirrikonoxxi s-sitwazzjoni ta’ kriżi gravi ħafna li qegħdin fiha r-rikorrenti, ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti tal-ikkalibrar tas-sanzjoni.