9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/26


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Ġunju 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-5/14, CX vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-493/15 P)

(2015/C 371/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. oCurrall u C. Ehrbar, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: CX (Enghien, il-Belġju)

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-TSP tat-18 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża F-5/14, CX vs Il-Kummissjoni;

tirrivija l-kawża quddiem it-TSP sabiex jiddeċiedi fuq il-motivi l-oħra;

tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

1.

L-ewwel motiv, dwar l-opinjonijiet mediċi prodotti fil-kuntest ta’ proċedura dixxiplinarja, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi minħabba ksur (i) tar-regoli dwar l-oneru tal-prova, (ii) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar 'il quddiem ir-“Regolamenti”), (iii) tal-Artikolu 59 tar-Regolamenti u (iv) tal-kompetenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar 'il quddiem it-“TSP”).

2.

It-tieni motiv, dwar il-kunċett ta’ sensiela ta’ indizji konkordanti, ibbażat fuq ksur tal-portata ta’ obbligi dwar l-amministrazzjoni tal-prova u difetti ta’ motivazzjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ premura, peress li t-TSP iddeċieda li, abbażi tal-provi disponibbli għaliha meta adottat id-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni kienet kisret l-obbligu tagħha ta’ premura meta ma talbitx, għat-tielet data, li tidher ir-rikorrenti fl-ewwel istanza għar-raġuni li, l-ewwel nett, il-fatti akkużati bihom kienu relattivament antiki, it-tieni nett, li l-uffiċjal kien fuq leave tal-mard u li, it-tielet nett, l-avukat tagħha kien irrifjuta, għat-tieni darba, t-talba li jidher.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni dwar il-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt għal smigħ u ta’ ineżattezza materjali tal-fatti, sa fejn it-TSP ikun ibbaża fuq fatti materjalment żbaljati meta kkonkluda li s-smigħ tar-rikorrenti fl-ewwel istanza seta’ jkollu impatt fuq id-deċiżjoni kkontestata.