12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/37


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

(Kawża T-471/15)

(2015/C 337/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Syriatel Mobile Telecom (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors tar-rikorrenti ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2015/837, tat-28 ta’ Mejju 2015, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU C 290, p. 13.