|
12.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 337/33 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill
(Kawża T-465/15)
(2015/C 337/35)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ehab Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tiddikjara r-rikors tar-rikorrent ammissibbli u fondat; |
|
— |
konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2015/837, tat-28 ta’ Mejju 2015, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).