|
28.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/40 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2015 – Bank Saderat vs Il-Kunsill
(Kawża T-433/15)
(2015/C 320/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bank Saderat (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Jeffrey, S. Ashley u A. Irvine, solicitors, u M E. Demetriou u R. Blakeley, barristers)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill sabiex iħallsu s-somom segwenti:
|
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż imġarrba mir-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent isostni li l-fatt li ġew imposti fuqu miżuri restrittivi mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jikkostitwixxi ksur suffiċjentement gravi tal-obbligi intiżi li jagħtuh drittijiet u, għalhekk, l-Unjoni Ewropea saret responsabbli għall-ħlas fuq bażi mhux kuntrattwali.
Skont ir-rikorrent, dan il-ksur kien il-kawża diretta ta’ dannu materjali u ta’ dannu mhux materjali importanti kontrih li minħabba fih huwa intitolat għall-kumpens.