28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/39


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2015 – Inditex vs UASI – Ffauf (ZARA)

(Kawża T-432/15)

(2015/C 320/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) (Arteixo, Spanja) (rappreżentanti: G. Macias Bonilla, P. López Ronda, G. Marín Raigal, E. Armero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ffauf SA (Il-Lussemburgu, Lussemburgu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark inkwistjoni: ir-rikorrenti

Trade mark inkwistjoni: it-trade mark Komunitarja verbali “ZARA” – Trade mark Komunitarja Nru 732 958

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 867/2014-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, fir-rigward b’mod partikolari tar-revoka tat-trade mark Komunitarja Nru 732958 “ZARA” għall-prodotti kkontestati fil-klassijiet 29, 30, 31, 32 u 33;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u t-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 42(2), 51(1)(a), 52(2) u 85(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regoli 22(3) u 22(4) tar-Regolament Nru 2868/95.