14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/68


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015 – PAL-Bullermann vs UASI – Symaga (PAL)

(Kawża T-397/15)

(2015/C 302/85)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PAL-Bullermann GmbH (Friesoythe-Markhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Eberhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Symaga, SA (Villarta de San Juan, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva “PAL” – Trade mark Komunitarja Nru 690 750

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 1626/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sabiex it-talba għal revoka tintlaqa’ kollha kemm hi;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 22(3)(4) tar-Regolament Nru 2868/95.