12.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 337/24 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 – EDF Luminus vs Il-Parlament
(Kawża T-384/15)
(2015/C 337/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: EDF Luminus (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Verhoeven u O. Vanden Berghe, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
— |
tiddikjara l-azzjoni ammissibbli u fondata; |
— |
konsegwentement, tikkundanna lill-Parlament Ewropew: |
— |
iħallas lill-EDF Luminus l-ammont ta’ EUR 4 39 672,95; |
— |
iħallas lill-EDF Luminus l-interessi kuntrattwali fuq dan l-ammont, ikkalkulati mill-eżiġibbiltà tal-fatturi; |
— |
għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet legali u kuntrattwali applikabbli, kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni, sa fejn il-Parlament irrijuta li jħallasha lura l-kontribuzzjonijiet marbuta mal-elettriku li hija ħalset lir-Région de Bruxelles – Capitale. Ir-rikorrenti ssostni li l-kontribuzzjonijiet ikkontestati għandhom jiġi rrinvjati għall-karigu tal-Parlament, sa fejn dawn irriżultaw mill-provvista tal-elettriku għall-Parlament.