14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/64


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – VM Vermögens-Management vs UASI – DAT Vermögensmanagement (Vermögensmanufaktur)

(Kawża T-374/15)

(2015/C 302/80)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: VM Vermögens-Management GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Dolde, P. Homann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DAT Vermögensmanagement GmbH (Baldham, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “Vermögensmanufaktur” – Trade mark Komunitarja Nru 8 770 042

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ April 2015 fil-Każ R 418/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.