14.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/63 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2015 – ADR Center vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-364/15)
(2015/C 302/78)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ADR Center Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: L. Tantalo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 3117 finali tal-4 ta’ Mejju 2015; |
— |
alternattivament, tiddikjara eliġibbli l-ispejjeż kollha kkonstatati mill-Kummissjoni bħala inammissibbli; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta u lil kull intervenjenti għall-ispejjeż legali tar-rikorrenti u l-ispejjeż għal din il-kawża għal ammont li għandu jiġi ddeterminat mill-Qori Ġenerali kif jidhrilha li huwa xieraq. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni li tadotta ordni ta’ rkupru f’materji kuntrattwali. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni hija bbażata fuq żbalji ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter min-naħa tal-Kummissjoni. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni. |