20150731058617092015/C 270/493442015TC27020150817MT01MTINFO_JUDICIAL20150701394021

Kawża T-344/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni


C2702015MT3910120150701MT0049391402

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-344/15)

2015/C 270/49Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Alabrune, G. de Bergues, D. Colas u F. Fize, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea GESTDEM 2014/6046, tal-21 ta’ April 2015, dwar it-talba konfermattiva għal aċċess għal dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ( 1 ), li jipprovdi li Stat Membru jista’ jitlob lil istituzzjoni ma tiżvelax dokument li ġej minnu mingħajr il-kunsens minn qabel tiegħu.

2.

It-tieni motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni f’dak li jirrigwarda n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.

It-tielet motiv, invokat iktar sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tat-tieni u tat-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni setgħet tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi fil-kuntest tal-proċedura prevista mid-Direttiva 98/34/KE ( 2 ), sa fejn l-imsemmija proċedura tikkostitwixxi investigazzjoni fis-sens tal-artikolu ċċitat iktar ’il fuq.


( 1 ) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

( 2 ) Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337).