10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/35 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-313/15)
(2015/C 262/47)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, u G. Palmieri, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/301/15 – Amministraturi (AD 5) |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-17/15, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni (ĠU C 81 tad-9 ta’ Marzu 2015, p. 27).