7.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/73 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2015 – Vakakis vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-292/15)
(2015/C 294/88)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Vakakis International – Symvouloi gia Agrotiki Anaptixi AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: B. O’Connor, Solicitor, S. Gubel u E. Bertolotto, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 340 TFUE tħallas kumpens lir-rikorrenti għad-danni kollha mġarrba minħabba l-aġir illegali tagħha matul il-proċedura kkonċernata għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, inklużi:
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ aspettattivi leġittimi kkodifikati mir-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Finanzjarju”) u mill-Gwida prattika tal-proċeduri kuntrattwali fil-kuntest tal-azzjonijiet esterni tal-UE (iktar ’il quddiem il-“PRAG”) billi naqqset milli tikkontrolla b’mod xieraq il-proċedura ta’ sejħa għal offerti u twettaq investigazzjoni mingħajr dewmien u tipprovdi informazzjoni kompleta dwar l-investigazzjoni tal-ilment imressaq minn Vakakis. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq id-dannu mġarrab mir-rikorrenti minħabba l-amministrazzjoni ħażina tal-Kummissjoni u d-deċiżjoni tagħha li tagħti l-kuntratt lil Agriconsulting. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq id-dannu mġarrab mir-rikorrenti minħabba l-amministrazzjoni ħażina tal-Kummissjoni u l-ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi kif ukoll l-ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament Finanzjarju u tal-punt 2.3.6. tal-PRAG. |