|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/36 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2015 – Sociedad General de Aguas de Barcelona vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-253/15)
(2015/C 245/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sociedad General de Aguas de Barcelona, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. de Juan Casadevall, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata. |
|
— |
sussidjarjament, fil-każ li t-talba prinċipali tiġi miċħuda, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ma tillimitax l-ordni ta’rkupru għax-xiri indirett magħmul wara l-21 ta’ Diċembru 2007, u ma tirrikonoxxix id-dritt għall-applikazzjoni sħiħa tal-benefiċċju fiskali matul il-perijodu kollu previst fl-Artikolu 12.5 tad-Digriet Leġiżlattiv 4/2004, tal-5 ta’ Marzu, li jimplementa t-Texto Refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades [TRLIS – test emendat tal-liġi Spanjola dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji], u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-12/15, Banco de Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni, u T-252/15 Ferrovial SA et vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma simili għal dawk li diġà ġew invokati f’dawn il-kawżi.
Qed jiġi allegat, b’mod partikolari, żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ selettività, użu ħażin ta’ poter u l-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ aspettattivi leġittimi.